Description
ONE.COM.MT • Ġew identifikati t-tliet persuni involuti fit-traġedja fuq il-baħar ilbieraħ filgħaxija, li ħalliet raġel mejjet, ibnu bi ġrieħi gravi u raġel ieħor fil-periklu tal-mewt.Waqt li l-każ involva għadd ta’ uffiċjali tal-Emerġenza, il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati, iċ-ċirkostanzi ta’ x’wassal biex d-dgħajsa, li kienu fuqha, tinkalja fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, għadhom mhumiex ċari.
