REKORD TA’ KUMPANIJI RREĠISTRATI

ONE News Malta Video 3 months ago

Description

ONE.COM.MT • Ir-reġistrazzjoni ta’ numru rekord ta’ kumpaniji, aktar investiment fit-teknoloġija u inforzar aktar b’saħħtu huma fost il-kisbiet ewlenin tal-Malta Business Registry matul l-2025. Ir-rapport annwali tal-entità, li għadu kemm ġie ppubblikat, juri kif kompliet tiżdied il-fiduċja fl-attività kummerċjali lokali, waqt li Malta qed tissaħħaħ iżjed bħala destinazzjoni ideali għall-investimenti.