Description
ONE.COM.MT • Żewġ Maltin ġew arrestati l-Ġimgħa filgħodu wara li kienu involuti f’konfront mal-Pulizija fil-limiti f’Ta’ Giorni, San Ġiljan, u ġew sparati għadd ta’ tiri min-naħa tagħhom, b’uffiċjali tal-Korp jindarbu, inkluż wieħed li kellu jiġi operat minnufih u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu wara li l-Pulizija ġiet informata li persuna, li rriżultat wieħed mill-arrestati, tat in-nar taħt grupp ta’ ħaddiema tal-kostruzzjoni, li dak il-ħin kienu mdendlin mal-appoġġ ta’ proprjetà fi Triq Joseph Carbone.