LIĠIJIET DWAR DIŻABILITA FIS-SEĦĦ

ONE News Malta Video 4 days ago

Descrição

ONE.COM.MT • Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li bdew jitħaddmu żewġ liġijiet importanti approvati mill-Parlament, jiġifieri l-Att dwar l-Awtonomija Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti Vulnerabbli. Waqt il-ftuħ tas-16-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza, fejn kien akkumpanjat mill-Ministri Michael Falzon, Byron Camilleri, Miriam Dalli u Malcolm Paul Agius Galea, Dr Abela spjega li l-Att dwar l-Awtonomija Personali ġab bidliet mibnijin fuq il-prinċipju li ħadd m’għandu jieħu deċiżjonijiet f’isem persuna oħra, sakemm ma jkunx totalment impossibbli għaliha li tagħmel dan.Dwar l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti Vulnerabbli, il-Prim Ministru qal li din il-liġi qed tiffaċilita l-għoti ta’ għajnuna meta adult vulnerabbli, inkluż b’diżabilità, ikollu l-protezzjoni tas-soċjetà.